Featured

Il-każ dwar Rakhat Aliyev - "Se nappellaw…"

 

Wara li l-Qorti ċaħdet it-talba li preżentaw tliet persuni mill-Kazakistan, Satzahn Ibraev, Tyotr Afanasenko u Akezhan Kazhegldin, fejn talbu lill-Kummisarju tal-Pulizija biex jieħu passi kontra Rakhat Aliyev dwar delitti kontra l-umanità li wettaq fil-Kazakistan, l-avukat tagħhom Lothar de Maiziere ddikjara li se jappella minn din is-sentenza.

 

 

"Ngħid li aħna parti sodisfatti u parti diżappuntati. Se nappellaw mid-deċiżjoni. Bid-deċiżjoni l-bibien infetħu aktar. Fit-tieni stadju se nressqu aktar provi. Se nintroduċu ukoll l-opinjoni ta' espert Ġermaniż fuq id-drittijiet umani. Nemmnu li għandna biżżejjed provi u każ b'saħħtu biex nirbħu l-każ," qal de Maiziere.

 

L-avukat Maiziere esprima d-diżappunt tiegħu għall-fatt li x-xhieda ma tħallewx jagħtu x-xhieda tagħhom fil-Qorti u dan minkejja li f'Novembru kienu preżenti fil-Qorti.

 

L-avukat Maiziere li kien ukoll l-aħħar Prim Ministru ta' dik li kienet il-Ġermanja tal-Lvant, jispjega li ġew Malta drabi oħra b'rabta ma' dan il-każ. "Kont inħoss li quddiemi qed insib ħitan kbar biss. Illum b'din is-sentenza, il-bibien huma aktar miftuħin għalkemm m'humiex miftuħin beraħ."

 

Fis-sentenza tagħha l-Qorti ċaħdet it-talba għax ir-rikorrenti li ppreżentaw ir-rikors naqsu milli jippruvaw il-każ tagħhom, jiġifieri li Aliyev wettaq delitti kontra l-umanità.

 

Fir-rikors kien ingħad li Ibraev u Afansenko kienu inkarigati biex iħarsu lil Kazhegeldin li kien il-Prim Ministru tar-Repubblika tal-Każakstan. Dan tal-aħħar kien irtira minn Prim Ministru fis-sena 1997 għal raġunijet ta' saħħa iżda Ibraev u Afasenko baqgħu jieħdu ħsieb is-sigurtà ta' Kazhegeldin.

 

Wara li rtira Kazhegeldin ifforma moviment politiku ġdid taħt l-isem "Republican People's Party of Kazakhstan". Konsegwenza ta' hekk, Aliyev ra li dan il-partit ġdid seta' kien ta' theddida għall-ambizzjonijiet politiċi tiegħu.

 

Dan wassal biex Ibraev u Afansaenko jiġu arrestati u torturati. Dan kien il-bidu ta' persekuzzjoni politika li beda Aliyev li wassal għat-tmiem tal-attivitajiet politiċi ta' dan il-partit.

 

Dawn l-affarijiet ġraw fil-Każakastan, però dawn it-tliet persuni li ppeżentaw ir-rikors inkarigaw lill-avukat tal-fiduċja tagħhom f'Malta peress li Aliyev jgħix f'Malta.

 

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija ma qabilx mat-teżi li Aliyev hu resident ta' Malta u għalhekk ma hemm ebda lok li titmexxa xi investigazzjoni kontrih għal dak li jirrigwardja l-allegazzjonijiet magħmulin kontrih.

 

Aliyev hu miżżewweġ lil ċittadina Awstrijakka u għalhekk il-preżenza tiegħu f'Malta hi ġustifikata wkoll mill-fatt li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea jistgħu jiċċirkolaw liberament fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.

 

X'ħin ġiet biex tiddeċiedi, il-Qorti tal-Maġistrati ppreseduta mill-Maġistrat Antonio Mizzi qalet li l-Kummissarju tal-Pulizija ma għandux il-jedd li jibda proċeduri rikjesti minn Ibraev, Afanasenko u Kazhegeldin. Dan għax il-liġi tgħid li ma għandhomx jinbdew proċeduri dwar xi reat ħlief mill-Avukat Ġenerali jew bil-kunsens tiegħu. F'dan il-każ jidher ċar li l-Kummissarju tal-Pulizija ma kellu ebda awtorizazzjoni mill-Avukat Ġenerali biex jibda l-proċeduri rikjesti minnhom.

 

Apparti minn hekk, il-Qorti Kriminali qalet li x-xhieda li ta l-Kummissarju tal-Pulizija "ħalliet ħafna għall-immaġinazzjoni tal-Qorti."

 

Kompla jingħad li "din il-Qorti mhix se ttawwal fuq dan il-punt iżda hi tal-fehma li ma tistax tasal għall-konklużjoni li Aliyev mhuwiex residenti f'Malta."

 

Il-Qorti żiedet tgħid li mill-analiżi tal-liġi, jirriżulta ċar li Aliyev seta' wettaq reati kontra l-persuna, iżda li jingħad li wettaq reati kontra l-umanità hi ftit diffiċli. Il-Qorti qalet li jekk it-tliet persuni li ppreżentaw il-kawża riedu li dan il-punt jintrebaħ, il-provi li ġabu mhumiex biżżejjed.

 

"L-aħjar prova ma saritx. Ir-rikorrenti ma tawx xhieda fil-Qorti u wisq anqas ma tressqu xhieda oħrajn li setgħu jikkonfermaw li l-aġir ta' Aliyev kien kriminuż" saħqet il-Qorti.

 

Il-Qorti żiedet tgħid li ż-żmien meta Aliyev allegatament wettaq ir-reati kien bejn is-snin 1997 u l-1999, filwaqt li d-delitti kontra l-umanità daħlu fis-seħħ fis-sena 2002 permezz tal-Att numru XXIV.

 

Il-Qorti spjegat li dan l-att daħal fis-seħħ fit-13 ta' Diċembru tal-2003.

 

www.inewsmalta.com

 

Experts of the Committee against Torture Commend Kazakhstan for Enhanced Legislation

Experts of the Committee against Torture Commend Kazakhstan for Enhanced Legislation

More details
Kazakh official: Not the time to resolve differences through war

Kazakh official: Not the time to resolve differences through war

More details
Oil majors sued by Kazakh government over billions in revenue

Oil majors sued by Kazakh government over billions in revenue

More details